Sunday, March 21, 2010

JOE JULIAN FARRUGIA - Chev. VINCENT APAP (1909-2003)





CENSU APAP

Il-Funtana tat-Tritoni, il-monumenti lil Fra Diegu, Dante, Boffa, Borg Olivier, Churchill, Calì, Preziosi, u Papaffy huma biss ftit mix-xoghlijiet ta’ skultura li jzejnu pajjizna. Huma hidmiet ta’ hila li juru li Malta ma ghandha xejn inqas minn pajjizi ohrajn ferm ikbar minnha fejn tidhol l-arti. Il-fattur komuni fix-xoghlijiet li semmejt huwa l-iskultur Censu Apap li halla gmiel ta’ hafna aktar hwejjeg artistici mhux biss f’pajjizna izda anke barra minn xtutna.

Censu Apap twieled fil-Belt Valletta nhar it-13 ta’ Novembru 1909 minn John u Marianne imwielda Grimes. Huwa kien tewmi u ohtu daqsu mietet ftit wara t-twelid. Kellu wkoll tliet ahwa ohrajn izghar minnu li huma Joseph, Mary u Willie.

Il-missier, John, kien skultur u jahdem il-pasturi u l-imhabba lejn l-arti harget ukoll f’uliedu s-subien. Fil-fatt minbarra Censu, Joseph kien muzicist, u Willie kien pittur u l-akbar habib ta’ Censu. Lil huh Censu, Willie kien isejjahlu “mast”.

Censu kien imur l-Iskola Centrali, u taht il-bank dejjem kien ikollu xi bicca tafal f’idu il-hin kollu jimmudella xi haga. Huwa beda jitghallem il-mudellatura fil-klassijiet ta’ filghaxija tas-Socjetà ta’ l-Arti, Manifattura u Kummerc taht Antonio Micallef. Wara, ta’ 16-il sena, beda jattendi l-Iskola ta’ l-Arti taht Edward Caruana Dingli. Fl-1927, Censu rebah borza ta’ studju u mar jitghallem l-iskultura fil-British Academy of Art ta’ Ruma taht id-direzzjoni ta’ Antonio Sciortino. Wara biss sena kien wiehed mir-rebbieha tal-Premju Calderon organizzat mill-istess akkademja.

Meta gie lura f’Malta, kienet saret kompetizzjoni pubblika fl-1931 biex isir monument lil Fra Diegu fil-Hamrun. Censu rebah u ta’ 22 sena ghamel dak li kellu jkun l-ewwel minn sensiela ta’ xoghlijiet.

Censu kellu memorja fotografika. Kien jinnota l-espressjonijiet b’heffa liema bhalha. Meta kellu 14-il sena, kien qabad lil hutu Mary u Joseph jitbissmu lil xulxin, ftakar dik il-qaghda, skolpihom u gab l-espressjonijiet perfetti.

Censu kien dahal assistent ghalliem ta’ l-immudellar fl-iskola ta’ l-Arti fl-1934, u fl-1947 sar kap ta’ l-istess skola. Huwa kien ukoll ko-fundatur tas-Società di Belle Arti ma’ Vincenzo Maria Pellegrini, Josef Kalleja u Carmelo Bonello.

It-talent ta’ Censu kien gie nnutat minn Sir Harry Luke u nibtet hbiberija li bdietlu l-kuntatt mal-familja Rjali Ingliza. Kien sar habib kbir ta’ Lord Louis Mountbatten u minbarra li hadimlu xi xoghlijiet, kien tressaq biex hadem bustijiet tal-Principessa Elizabetta, il-Princep Philip, il-Princep Charles u ohrajn. Kien hadem ukoll karikaturi ta’ personaggi politici Inglizi ta’ zmienu, li jaghmlu parti mill-kollezzjoni privata tad-Duka ta’ Edinburgh. Dan il-fatt qanqal xi ftit ta’ ghira fost l-artisti Inglizi li hassewhom umiljati kif il-familja Rjali kienet qeghda tikkummissjona Malti biex jaghmel ix-xoghlijiet taghhom.

Il-lista ta’ hidmiet ta’ Apap ma tispicca qatt. Minbarra dawk li semmejt aktar ’il fuq, Censu hadem ukoll il-Funtana tat-Tritoni, il-monument ta’ Nerik Mizzi, l-Arcisqof Gonzi, Mater Admirabilis f’Tal-Virtù u l-istatwa ta’ San Guzepp f’Targa Gap fost ohrajn. Huwa kien artist versatili. Qatt ma ntrabat ma’ teknika jew stil wiehed partikolari, ghalkemm l-orjentazzjoni lejn il-klassicizmu hija nnutata facilment. Dan ma kienx ifisser li Censu ma kienx ihobb jesperimenta. Huwa hadem anke fil-fibreglass u l-figura ta’ Lazzru hija ezempju espressiv ferm. Din turi l-faxex imdawrin ma’ spazju vojt, Lazzru b’irkopptu tax-xellug milwija ’l quddiem fil-mument li hiereg mill-qabar.

Matul il-gwerra kien ghadda xi zmien ir-Rabat u wara mar joqghod ghal kollox fi Qui Si Sana f’Tas-Sliema. Huwa kien mizzewweg lil Marija mwielda Bencini. Minbarra tewmin li mietu tat-twelid, huma kellhom tlett ulied li huma Nella, John u Manon. Fid-dar kien ihobb joqghod jaghmel forom ta’ papri u pupi tal-patata maxx jew hobz biex it-tfal jieklu.

Ghalkemm issib hafna li jsemmu l-Funtana tat-Tritoni ta’ Bieb il-Belt, il-kapulavur ta’ Censu huwa l-monument ta’ Dante li hemm barra l-Furjana. Dan mhux biss minhabba l-figura sublimi tal-poeta, izda l-aktar minhabba l-ghazla ta’ erba’ gebliet kbar tal-pedestall, li kollha jirrapprezentaw siltiet mid-Divina Commedia. Din kienet imfahhra anke minn kritici barranin.

Censu Apap kien bniedem umli u ghalkemm kien maghruf u kellu kuntatti ma’ hafna dinjitarji, qatt ma halla rasu tikbirlu. Mhux l-ewwel darba li kienu jkunu qeghdin jinawguraw xi xoghol minn tieghu u jmur jinheba qalb il-folla. Gieli kienu jkunu se jikxfu xi xoghol minn tieghu barra u lanqas biss imur ghac-cerimonja. Kien bniedem pacenzjuz hafna u cajtier fl-ambjent tieghu. Kien ihobb hafna l-familja u qatt ma ried imur joqghod barra minn Malta. L-ghaxqa tieghu kienet meta l-Hadd tingabar il-familja kollha bit-tfal tat-tfal biex jieklu madwar mejda wahda.

Id-dinja ta’ Censu kienet l-arti u ftit kien ikollu hin ghal passatempi. Fi Triq Tonna f’Tas-Sliema fejn kien jahdem, kien ihobb jisma’ l-muzika klassika waqt hidmietu. Kien ihobb ukoll isiefer specjalment lejn Ruma meta kien ghadu haj huh Willie.

Darba kien se jaghmel bust ta’ Winston Churchill. Il-Prim Ministru Ingliz kien is-soltu jaghti kwarta waqt waqfa minn xi laqgha tal-kabinett tieghu f’10, Downing Street kull meta xi artist jitolbu jippuzalu. Meta Churchill ra li Censu kien gab mieghu biss balla tafal, skanta kif l-artist ma kienx beda x-xoghol tieghu qabel minn fuq xi ritratt. Waqt li kienu ghadhom qeghdin jitkellmu, b’Churchill ipejjep is-sigarru u jixrob il-wiski, Censu beda jahdem u malajr gab ix-xebh. Kif ghaddiet il-kwarta, Churchill tant kien impressjonat bil-heffa ta’ Censu li sejjah lill-Ministri tieghu biex jinzlu jaraw ix-xoghol. Fil-fatt kien stiednu biex l-ghada jmur fir-residenza tas-sajf tieghu u f’total ta’ 36 minuta, l-bust kien lest.

L-unuri li nghata Censu huma hafna u dawn jinkludu l-OBE minghand ir-Regina Elizabetta, Midalja tad-Deheb tas-Socjetà ta’ l-Arti, Manifattura u Kummerc, il-Phoenicia Trade Trophy, il-Premju Città di Valletta, Kavallier tar-Repubblika Taljana, Kavallier ta’ San Gwann u l-Ordni Nazzjonali ta’ Mertu mill-President ta’ Malta fl-1993.

L-ahhar bicca xoghol li ghamel kien Kristu mqajjem mill-mewt tal-Knisja tal-Frangiskani tal-Qawra fl-1999 meta kellu 90 sena.

Censu Apap miet nhar il-15 ta’ Frar 2003 fl-età ta’ 93 sena. Il-funeral sarlu fil-Knisja tan-Nazzarenu f’Tas-Sliema fejn hemm hafna statwi ta’ qaddisin u profeti li ghamel hu. Huwa halla hafna monumenti li ghad jibqghu jitgawdew minn generazzjonijiet gejjiena. Izda, fuq kollox, Censu Apap kien hu nnifsu monument ta’ l-arti Maltija tas-seklu li ghadda.

e-mail:

joejulianfarrugia@gmail.com 

Photo Credit Mr. Peter Bartolo Parnis

1 comment:

  1. My friend Joe Julian Farrugia has agreed to share his articles on Maltese artists and sculptors in this blog for you and me. Thank you so much Joe Julian.
    I invite other writers to do likewise for the benefit of promoting Maltese Art and Culture.

    Gabriel A. Pellegrini

    ReplyDelete